Min Aħna
Għajnuna Legali Malta ġiet imwaqqfa bl-Avviż Legali 414 tal-2014. Il-funzjoni tal-aġenzija hija li tagħti sapport operazzjonali u amministrattiv lit-tmexxija tal-aġenzija. Avviż Legali 64 tal-2016, Ordni tal-2016 dwar Proċeduri tal-Aġenzija tal-Għajnuna Legali, jistabillixxi il-proċedura li għandha tiġi addottata mill-Aġenzija għall-applikazzjonijiet tal-għajnuna legali.

L-Avviż Legali 64 tal-2016, jagħti wkoll gwida dwar il-funzjoni u x-xogħol amministrattiv tal-ħaddiema fl-Aġenzija. Għajnuna Legali Malta hija komposta mill-maniġment anzjan tal-Aġenzija li tidderiġi lill-avukati w prokuraturi legali għall-għajnuna legali, magħżulha wara sejħa pubblika, appuntati mill-Ministru tal-Ġustizzja, w uffiċjali publiċi li jaħdmu fl-aġenzija.

L-artikolu 911 (6) tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta jiddefinixxi l-kliem ‘Avukat tal-Għajnuna Legali’ bħala dik il-persuna li taqdi l-kariga ta’ avukat, uffiċjal jew uffiċjal pubbliku li l-funzjoni tiegħu/tagħha tappartjeni lill-avukat għall-għajnuna legali jew jaqdi l-funzjoni fl-amministrazzjoni tal-benefiċju tal-għajnuna legali.

It-Tim
L-Aġenzija hija magħmulha minn żewġ aspetti: dak legali u dak amministrattiv taħt it-tmexxija tad-Direttur għas-servizzi tal-għajnuna legali.

 

FacebookTwitter