Irkupru tal-Assi

L-uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi huwa entità pubblika awtonoma rregolata minn Bord immexxi minn Chairperson li huwa responsabbli għat-tfassil tal-politika waqt li d-Direttorat huwa mmexxi minn Direttur responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi u l-eżekuzzjoni tal-politika kif stabbilita mill-Bord.

Dipartiment tal-Ġustizzja

Il-funzjonijiet tad-Dipartiment huma dawk ta’ koordinazzjoni, appoġġ u monitoraġġ ta’ dawk l-oqsma fis-settur tal-ġustizzja li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tad-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja iżda li madankollu jappartjenu għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja, biex b’hekk id-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja jkun jista’ jiffoka aktar fuq il-maniġment tal-Qorti u l-proċedimenti ġudizzjarji.

Għajnuna Legali Malta

L-għajnuna legali hija l-għoti ta’ assistenza lil persuni b’introjtu baxx li ma jistgħux jaffordjaw rappreżentanza legali u aċċess għas-sistema tal-qorti. L-għajnuna legali hija importanti biex jingħata aċċess għall-ġustizzja billi jiġu żgurati l-ugwaljanza quddiem il-liġi, id-dritt għal avukat u d-dritt għal proċess ġust lil persuni indiġenti.

Iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ ta’ Malta

Iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ ta’ Malta huwa Ċentru li għandu personalità ġuridika distinta li beda jopera f’Marzu 2000. Fost oħrajn, il-funzjonijiet tal-Arbitraġġ huma li jinkoraġġixxu l-arbitraġġ domestiku bħala mezz ta’ soluzzjoni tat-tilwim, jippromwovu lil Malta bħala ċentru għall-arbitraġġ kummerċjali internazzjonali u jipprovdu tmexxija ta’ arbitraġġ internazzjonali.

Iċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta

Iċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta ġie stabbilit biex jipprovdi forum fejn żewġ partijiet jew aktar, involuti fit-tilwima jew fil-litigazzjoni, jistgħu volontarjament jirreferu jew jiġu riferuti mill-Qorti jew minn awtorità aġġudikanti oħra, biex isolvu t-tilwima tagħhom permezz ta’ medjazzjoni, jiġifieri, il-proċess li fih medjatur akkreditat miċ-Ċentru li jaġixxi bħala parti terza imparzjali bil-ħsieb li jiffaċilita n-negozjati bejn il-partijiet sabiex jgħinhom isolvu t-tilwima tagħhom billi jilħqu ftehim volontarju u f’waqtu.

Nutar tal-Gvern

L-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u l-Arkivji Notarili jiffurmaw Dipartiment tal-Gvern uniku stabbilit bil-liġi u huwa mmexxi min-Nutar Prinċipali għall-Gvern.

Leġiżlazzjoni ta’ Malta

Il-leġiżlazzjonijiet kollha tal-ġurisdizzjoni Maltija, kemm fil-verżjoni Maltija kif ukoll f’dik Ingliża, jinsabu fuq dan is-sit.

eCourts

L-informazzjoni relatata mas-sentenzi tal-Qorti u servizzi oħra offruti mill-Qrati tal-Liġi ta’ Malta tista’ tiġi aċċessata faċilment onlajn.

ġustizzja
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.