Id-Dipartiment tal-Ġustizzja twaqqaf lejn l-aħħar tas-sena 2014 permezz ta’ Avviż Legali 402.14.

Il-funzjonijiet tad-Dipartiment huma dawk li jikkoordinaw, jappoġġjaw u jimmonitorjaw dawk l-oqsma fis-settur tal-ġustizzja li ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tad-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja iżda li għandhom x’jaqsmu mal-amministrazzjoni tal-ġustizzja, biex b’hekk id-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja jiffoka aktar fuq il-ġestjoni tal-Qorti u l-proċeduri ġudizzjarji.​

Dikjarazzjoni tal-Missjoni Tagħna

Biex jikkoordina, jappoġġja u jissorvelja l-funzjonijiet ta’ numru ta’ oqsma fis-settur tal-ġustizzja li huma taħt ir-responsabbiltà tad-Dipartiment tal-Ġustizzja.
Għanijiet Tagħna
    • biex jipprovdi appoġġ u pariri lill-Ministeru responsabbli għall-Ġustizzja dwar kwistjonijiet relatati mal-oqsma tal-ġustizzja;
• biex jipprovdi servizzi ta’ appoġġ lil entitajiet fis-sistema tal-ġustizzja;
• biex jiġbor u jżomm reġistru aġġornat ta’ persuni interessati li jservu bħala esperti tal-qorti;
• biex jipproċessa l-applikazzjonijiet taħt obbligi statutorji u mhux statutorji;
• biex jikkoordina fuq kwistjonijiet relatati mal-appoġġ lill-vittmi ta’ kriminalità;
• biex jirrevedi u jirrapporta dwar il-prestazzjoni u l-effiċjenza tal-qrati u t-tribunali involuti fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja u biex jiġbor, iżomm u janalizza l-istatistika relatata mal-istess;
• biex jikkoordina ma’ kwalunkwe kummissjoni, tribunal, dipartiment jew entità oħra dwar kwistjonijiet relatati mal-ġustizzja;
• biex jiffaċilita l-ħatra jew il-ħatra mill-ġdid ta’ Presidenti u Membri fuq Bordijiet u Tribunali relatati mas-settur tal-ġustizzja;
• biex imexxi l-implimentazzjoni ta’ proġetti u inizjattivi li jaqgħu taħt il-mandat tad-Dipartiment;
• biex jimmonitorja t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-Kummissjoni Ewropea;​
• biex jipproponi u jidħol għal proġetti intiżi li jtejbu l-effiċjenza u l-kwalità tas-sistema tal-ġustizzja.
FacebookTwitter