Id-Direttorat għall-Protezzjoni tad-Data u l-Koordinazzjoni tal-Informazzjoni jaġixxi bħala punt ta’ referenza għal kwistjonijiet relatati mal-Protezzjoni tad-Data, il-FOI u l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi. Hija tiżgura li l-proċeduri amministrattivi fir-rigward ta’ dawn il-liġijiet jiġu segwiti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan l-admibnistrazzjoni pubblika. Id-DPIC iżomm ukoll reġistru ta’ DPOs, uffiċjali tal-FOI u WROs. Fid-dawl tar-rwol tiegħu, id-DPIC jaħdem mill-qrib mal-IPS (Istitut għas-Servizz Pubbliku) biex jipprovdi taħriġ lill-uffiċjali fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika.

FacebookTwitter