L-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi ġie stabbilit skont l-Avviż Legali 357 tal-2015, magħruf bħala r-Regolamenti tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi.

Din l-entità pubblika hija awtonoma rregolata minn Bord immexxi minn Chairperson li huwa responsabbli għat-tfassil tal-politika waqt li d-Direttorat huwa mmexxi minn Direttur responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi u l-eżekuzzjoni tal-politika kif stabbilita mill-Bord.

Il-funzjonijiet tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi jistgħu jinqasmu fi tliet kategoriji ewlenin:

  • Traċċar tal-assi
  • Ġestjoni tal-Assi
  • Rimi tal-Assi
FacebookTwitter