Sabiex jiġi żgurat li s-servizzi elettroniċi jiġu mfassla bi skop li ikunu ċċentrati fuq iċ-ċittadin, il-Ministeru jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni minn diversi partijiet interessati u ċittadini. Dan jirrikjedi li l-parteċipanti jimpenjaw ruħhom b’mod volontarju u attiv f’panels, gruppi iffukati u ta’ esperti, jipprovdu rispons utli.

Il-parteċipazzjoni tiegħek tgħinna nfasslu u nwasslu servizzi elettroniċi b’valur miżjud.

Jekk jogħġbok innota li m’hemm l-ebda forma ta’ kumpens marbut għall-membri parteċipanti.

Jekk tabbona għal dan is-servizz, tkun tista’ tipparteċipa f’dan il-proċess.

X'inhuma l-Benefiċċji

  • Tkun innotifikat bl-email b’kull opportunità li tipparteċipa fid-Disinn tas-Servizz
  • Ikollok opportunità li tagħti l-opinjonu tiegħek permezz ta’ mezzi varji

Napprezzaw il-Privatezza Tiegħek

Il-privatezza tiegħek hija importanti ħafna għalina. Id-dettalji tal-kuntatt tiegħek (indirizz tal-email) jintużaw biss biex ninfurmawk meta jkun hemm xi opportunitajiet biex tipparteċipa fid-Disinn tas-Servizz.

Abbona jew Ħassar L-Abbonament

ĦASSAR L-ABBONAMENT: Billi tissottometti l-indirizz tal-email tiegħek tkun qed tikkonferma li m’għadekx interessat li tirċievi notifiki bl-email. Aħna niggarantixxu li l-indirizz tal-email tiegħek jitneħħa mil-lista tal-posta.

Agħżel l-għażla tiegħek:

ġustizzja
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.